Nhar is-Sibt 29 ta' Ottubru fis-1:30pm, ġiet organizzata Konferenza ġewwa s-sede tagħna fejn bosta għaqdiet involuti fl-organizzazzjoni tal-festi fl-ibliet u l-irħula li jagħmlu parti mir-Reġjun Tramuntana u persuni oħra nngħaqdu magħna għal diskussjoni. Din id-diskjussjoni saret b’mod partikolari fuq il-𝗙𝗘𝗦𝗧𝗔, kwestjonarju fost l-għaqdiet, id-diffikultajiet ta’ wara l-pandemija, x’hemm komuni u x’jagħmel differenti bejn festa w oħra u bejn reġjun w ieħor.
Din il-konferenza ġiet organizzata mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar bl-appoġġ tar-Regjun Tramuntana u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, bl-għajnuna tal-Malta Council for the Voluntary Sector.
Proġett ko-finanzjat mill-fond 𝘝𝘖𝘗𝘚.
Fuq il-panel kelna lill-President tar-Reġjun Tramuntana, s-sur Clifford Galea Vella Maslennikov, il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda s-sur Noel Camilleri, il-Professur George Cassar mill-Universita' ta' Malta u lill-Dr. Vincent Marmara fejn qasam magħna statistiċi fuq ir-riċerka ntensiva li għamel fuq dan is-suġġett.
Preżentatur ta' din il-Konferenza, l-preżentatur Glen Falzon.
Filmat: