Nhar il-Ħamis, 30 ta' Mejju, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta' Mużikali Peace żaret il-Palazz ta' San Anton sabiex tiltaqa' mall-E.T President ta' Malta, Dr. George Vella. Matul din il-laqgħa l-membri preżenti rringrazjawh personalment taż-żjara li għamel fis-sede tagħna kif ukoll ingħata l-Ktieb tal-Festa bħala tifkira. L-Eċċellenza tiegħu kellu kliem ta' tifħir għall-organizzazzjoni lis-Soċjeta' Mużikali Peace tmexxi u tikkordina fl-attivitajiet li ttella', tant li tenna kemm apprezzaw id-dettal li ġie organizzat fl-attivita' tal-innawgurazzjoni tar-restawr tal-pitturi tal-artist Franċiż Antoine de Favray.
Il-membri tal-Kumitat Ċentrali li attendew f'din il-laqgħa huma l-President tas-Soċjeta Edward Azzopardi, l-Kaxxiera Mariella Chetcuti, u l-Viċi President għar-Relazzjonijiet Pubbliċi Clifford Galea Vella Maslennikov.