Gallery Album: Żjara tal-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles.J.Scicluna- 31 ta' Awwissu

L-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles.J.Scicluna ġie mistieden sabiex iħabbar uffiċjalment li l-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali tan-Naxxar ġiet elevata għad-dinjità ta’ Kolleġġjata.

Il-President tas-Soċjetà Edward Azzopardi, il-Viċi President Clifford Galea Vella Maslennikov, u s-Sagristan Godwin Gauci, attendew laqgħa li saret nhar l-1 ta’ Lulju, ta’ din is-sena fil-Kurja Arċiveskovili fejn l-Eċċellenza Tiegħu aċċetta li jeleva l-Knisja tagħna għall-ġieħ ta’ KOLLEĠĠJATA.

Filwaqt li nirringrazzjaw tal-fiduċja u nifirħu lill-W.R. Dun David Gauci, l-ewwel Arċipriet tal-Kolleġġjata, flimkien mal-Kapitlu, fil-ħidma pastorali tagħhom, kburin li s-Soċjetà tagħna kienet, għadha u tibqa’ ta’ servizz lin-Naxxar u n-Naxxarin!

Viva Marija Bambina!

Ritratti [ 38 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti