Gallery Album: Northern Sunset - Palazzo Vittoria Rooftop - 27 ta' Ġunju

Nhar is-Sibt 27 ta' Ġunju fis-7:30pm, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' organizzaw attivita' b'differenza fuq il-bejt ta' Palazzo Vittoria f'inżul ix-xemx bl-isem Northern Sunset. Din l-attivita' ttellgħat bi skop li niġbru fondi waqt sessjoni ta' live streaming fuq il-pjattaforma ta' Facebook sabiex ngħinu lill-Dar Bjorn. F'dan il-viżwal mill-isbaħ tistaw taraw postijiet storiċi fin-Naxxar fejn fl-istess ħin fl-isfond tisimaw mużika mill-isbaħ mid-deejay tas-Soċjeta' DJ ZRINZ b'akkumpanjament ta' Emilia Zrinzo Azzopardi bis-Saxaphone li hija wkoll bandista tal-Banda Peace. 

Nixtiequ nirringrazjaw lil Alessandro Bajada għal filmati li ttieħdu permezz ta' drone, lill-Gayle Chetcuti,  lill-Wayne Formosa u lill-Matthew Pullicino tal-filmati, u lill-Edward Azzopardi tar-ritratti. Grazzi wkoll tmur lil Spectrum Lighting tal-effetti viżivi. 

Fl-aħħar u mhux l-anqas nirringrazjaw lill-isponsors ewlenin ta' din l-attivita': Kunsill Lokali Naxxar; OTTO Clubhouse; BESTEAM; ZRINZ; Spectrum Lighting; u Daphne. 

 

Filmat

Għafsu hawn sabiex taraw il-filmat
Ritratti [ 79 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti u lil Gayle Chetcuti, Wayne Formosa u Alessandro Bajada tal-filmati