Gallery Album: Bandiera Blu - Xandira LIVE - 4 ta' Settembru

L-Ewwel Programm 

Fl-ewwel programm ftaħna b' intervisti nteressantissimi flimkien mal-artist Naxxari, s-sur Abraham Bellia, is-sur John Deguara (l-ispiżjar tan-Naxxar u t-tifel tal-mibki Ġużi Deguara), is-sur Chris Briffa (mill-Għaqda Każini tal-Banda). Waqt dan il-programm żorna wkoll il-kamra tan-nar tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tan-Naxxar fejn intervistajna lis-sur Ryan Muscat u rajna parti mix-xogħol li ser ikun qed jinħaraq f'jum il-Festa ta' Marija Bambina.

Ħajr lill-preżentatur Naxxari u membru fil-Kumitat Eżekuttiv, s-sur Clifford Galea Vella Maslennikov.

Watch video on Facebook    F'kas li ma tistax tara l-ewwel programm, għafas dan il-link.

Ritratti [ 24 ]

Ħajr lis-Soċjeta' Mużikali Peace tax-xandira diretta u lill-Edward Azzopardi tar-ritratti