Gallery Album: Una Notte Italiana - 23 ta' Novembru

Nhar is-Sibt, 23 ta' Novembru, l-Banda Peace taħt id-direzzjoni tas-surmast Naxxari Lino Pirotta, ttellgħat l-Kunċert Annwali ġewwa t-teatru tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi ġewwa Birkirkara bl-isem 'Una Notte Italiana'.

Il-Banda Peace tan-Naxxar, offriet spettaklu mill-aqwa ta’ mużika Taljana, b’siltiet minn opri grandjużi, tarantelli popolari, mużika minn films klassiċi, u uħud mill-aqwa suċċessi mużikali eterni. Mal-Banda Peace din is-sena ħadu sehem is-sopran Claire Caruana u t-tenur Georg Zammit, kif ukoll iż-żeffiena ta’ A-Line Dance Academy by Alana Bondin.

Fost il-mużika li ndaqqet hemm siltiet bħal Marċ Trijonfali mill-‘Aida’, u l-Brindisi tat-‘Traviata’ ta’ Verdi, kif ukoll in-‘Nessun Dorma’ ta’ Puccini, mużika mmortali. Il-kunċert ħa xejra differenti fit-tieni parti b’mużika mill-films fosthom ‘La Strada’ u ‘La Vita e Bella’, mużika ta’ Ennio Morricone, Andrea Bocelli, Ricchi e Poveri, Umberto Tozzi u ħafna oħrajn fost sorpriżi waqt is-serata.

𝗨𝗻𝗮 𝗡𝗼𝘁𝘁𝗲 𝗜𝘁𝗮𝗹𝗶𝗮𝗻𝗮 🇮🇹 (23/11/2024) - Aftermovie

Ritratti [ 604 ]

Ħajr lill-Chamar d Owl Photography tar-ritratti