Ħruġ minn-Niċċa b'akkumpanjament mill-Banda Peace - 27 ta' Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 27 ta’ Awwissu 2022

Ninsabu biss ftit granet il-bogħod mill-ftuħ tal-Festa 2022. Nhar is-Sibt 27 ta' Awwissu wara l-quddies tas-7:00pm, il-banda Peace bħal kull sena bi privileġġ u unur kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-ħrug tal-Istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa. Wara l-quddiesa, l-BANDA PEACE tiftaħ il-Festa b'Marċ li jibda mid-Dar Sagra Familja fi Triq il-Markiż Scicluna, sal-Pjazza fejn tilqa' l-Istatwa Titulari fil-bieb tal-Knisja. Dan is-servizz huwa rregalat lill-Festa minn din is-Soċjeta'.  Wara ċ-ċelebrazzjoni jkun hemm Marċ Brijjuż fil-Pjazza u Vjal ix-Xogħol.

Fid-9:30pm: BLUE GATHERING 'Pre Festa Edition' għaż-Żgħażagħ u l-Partitarji f'Otto Clubhouse.

Innu Marċ - Lill-Bambina Sultana tal-Paċi

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu 2022