Mixja fil-kampanja b'risq il-Pink October - 26 ta' Ottubru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2025

Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru fid-10:30am, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza mixja fil-kampanja sabiex tikkontribwixxi għall-ġbir ta’ fondi b’risq Pink October.

Ser niltaqgħu lkoll flimkien fid-10:30am fi Pjazza Vittorja.

Waqt din l-attività, ser ikun provdut ikel u flixkun ilma — ftira biż-żejt.

Kull min jixtieq jattendi din l-attività huwa ġentilment mitlub jikkuntattjana fuq 7900 9694.

Donazzjoni ta’ €2 jew €5 bl-ikel inkluż.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 6 ta’ Ottubru 2025


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify