Il-President u l-Kumitat stiednu lill-pubbliku ġenerali, b’mod speċjali lill-membri u partitarji sabiex jħallu messaġġ fil-ktieb tal-kondoljanzi li ser ikun fl-intrata ta’ Palazzo Vittoria - Naxxar, l-Erbgħa 1 ta’ Ottubru mit-8:30am ‘il quddiem kif ukoll il-Ħamis 2 ta’ Ottubru mit-8:30am sal-ħin tal-funeral.
Il-Funeral tal-ex President u President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar l-𝗔𝘃𝘃. 𝗠𝗮𝗿𝘁𝗶𝗻 𝗙𝗲𝗻𝗲𝗰𝗵 sar nhar 𝗶𝗹-Ħ𝗮𝗺𝗶𝘀 𝟮 𝘁𝗮’ 𝗢𝘁𝘁𝘂𝗯𝗿𝘂, 𝟮𝟬𝟮𝟱.
Fis-1:35pm il-Kumitat u l-Kummissjonijiet taw l-aħħar tislima xierqa quddiem is-sede b’daqq ta’ fanfara mill-Bandisti tas-Soċjetà.
Fis-2:00pm saret konċelebrazzjoni presente cadavere fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, Naxxar.
Is-Soċjetà Peace żammet l-għada l-Erbgħa u l-Ħamis bħala jiem ta' Luttu b'turija ta' rispett.
Agħtiħ O' Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.
Grazzi Dr.Martin Fenech tal-ġid, xogħol u l-imħabba kbira li kellek lejn is-Soċjeta' tagħna.