Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru 2025
Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, mit-8:00pm ’il quddiem, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza Bingo Buzz b’risq Pink October ġewwa OTTO Clubhouse.
Serata ta’ tombla differenti, b’ħafna mużika għal kulħadd u bosta premijiet x’jintrebħu.
Donazzjoni ta’ €15 (jinkludi 3 rounds u free drink).
Ingħaqdu magħna għal serata mużikali u kompetittiva, sabiex ilkoll flimkien ngħinu lill-assoċjazzjoni ta’ Pink October.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 6 ta’ Ottubru 2025