Data tal-Attivita: Is-Sibt, 18 ta’ April 2026
Il-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar (A.D. 2012) tħabbar li se tkun qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-Malta International Fireworks Festival, fil-kategorija tan-nar tal-art mekkanizzat għall-edizzjoni tal-2026.
L-għaqda tawgura kull suċċess lill-pirotekniċi tagħha, li se jkunu qed jirrappreżentaw lin-Naxxar f’dan l-avveniment prestiġjuż.
L-attività se ssir nhar is-Sibt, 18 ta’ April 2026, fi Pjazza San Publiju (fuq il-Fosos), il-Floriana.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Marzu 2026