Tissokta l-ħidma mill-Kummissjoni Banda fl-Arkivju tas-Soċjetà, fejn qed tinstab mużika storika u ta’ valur kbir, kompożizzjonijiet ta’ Surmastrijiet magħrufa. Riċentament għadhom kif instabu sett valzi ta’ Mro.Antonio Miruzzi (1867 – 1944). Miruzzi twieled il-Furjana u għex u miet il-Ħamrun. Kellu ħafna minn xogħlijietu li ġew ippremjati f’konkorsi internazzjonali u saħansitra ġew ippubblikati. Kien Surmast Direttur ta’ bosta baned u għalliem kapaċi u magħruf. Wara l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, ikompli x-xogħol biex dawn il-valzi jerġgħu jibdew jitgawdew mill-ġdid.
Is-Soċjetà Mużikali Peace trodd ħajr lill-Membri ħabrieka tal-Kummissjoni Banda għall-ħidma imprezzabbli tagħhom biex inkomplu nippresservaw dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 12 ta’ April 2019