Il-Banda La Pace 122 sena ilu daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Int kont taf li l-Banda Peace (dak iż-żmien La Pace) madwar 122 sena ilu kienet ħadet sehem fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?  

Kien nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju, 1897, meta il-Banda tagħna, li dak iż-żmien kienet tissejjaħ ‘La Pace’, daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria ma’ 32 banda oħra matul Strada Reale sa Pjazza Teżorerija, fil-Belt Valletta.

Dakinhar indaqq innu tas-Surmast Direttur Giuseppe Micallef, u l-Banda ġiet mogħtija standard ta’ tifkira mis-Sinjura Catherine Louisa, mart l-ammirall Rodney Maclaine Lloyd. Din il-bandalora tinsab fis-Sala tal-Mużew tal-Każin.

Tajjeb li nsemmu wkoll li l-Victoria Lines kienu ġew msemmija għar-Reġina Vittoria sabiex jiġi mfakkar dan l-avveniment fl-1897. 

L-Innu Marċ ġie rranġat mużikalment u diġitalizzat u ħa jerġa’ jindaqq għal-ewwel darba fil-programm ta’ Lejliet il-Festa fil-pjazza. Titilfuhx!

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 26 ta’ Awwissu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Diċembru 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    24252627282930
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    2930311234

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify