Gallery Album: Marċ Popolari tat-Tieni Jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Settembru, mit-8:00pm ’il quddiem, kien il-jum tant mistenni miż-żgħażagħ u l-appassjonati tal-festi Maltin, li offra spettaklu uniku ġewwa n-Naxxar.

Fit-8:00pm, il-Banda Peace daqqet l-ewwel noti u bidu għall-Marċ tat-Tieni Tridu, li beda minn Vjal ix-Xogħol u kompla għaddej lejn il-Pjazza, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, Parroċċa, Oratorju, San Ġorġ u Triq il-Kbira, sakemm temm fil-Pjazza fost il-brijju u l-entużjażmu kbir taż-żgħażagħ u l-partitarji.

Għal tmiem din il-festa ta' allegrija, l-istatwa telgħet fil-gallarija prinċipali f’armonija perfetta ta’ banda, brijju u spettaklu mill-isbaħ. Din is-serata mill-isbaħ u memorabbli ntemmet bix-xow sinkronizzat mill-Pjazza, fejn imbagħad għalaqna b'ħarqa mill-isbaħ ta' nar tal-art.

DEJJEM Żagħżugħa!

Feature li ntwera' fuq Big Screen waqt il-Marċ

L-Aqwa Mumenti Mill-Festa 2025 - Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar

Ritratti [ 607 ]

Ħajr lill-Sebio Aquilina tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify