Nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar intemm it-Tournament tas-Snooker tal-Peace Band Club, kompetizzjoni li kienet għaddejja matul l-aħħar xhur u li ġabret flimkien numru ta’ plejers f’żewġ diviżjonijiet differenti. It-tournament kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ logħob u spirtu sportiv fost il-parteċipanti kollha. Riżultati tal-Ewwel Diviżjoni Rebbieħ: Clinton Falzon It-Tieni Post: Xavier Rizzo It-Tielet Post: Richie Sheridan Riżultati tat-Tieni Diviżjoni Rebbieħ: Noel Aquilina It-Tieni Post: Deemer Galea It-Tielet Post: Alan McKee L-Ogħla Break tat-Tournament Il-premju għall-ogħla break tat-tournament intlaħaq minn Clayton Goodrum, li rreġistra break ta’ 67 punt. Il-Peace Band Club jawgura lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni, u b’mod speċjali lill-finalisti u r-rebbieħa għall-prestazzjonijiet eċċellenti tagħhom. Ringrazzjament mill-qalb imur lil is-Sur Joseph Galea u is-Sur Richie Sheridan għall-organizzazzjoni ta’ dan it-tournament u għax-xogħol siewi tagħhom sabiex l-avveniment ikun suċċess. Nirringrazzjaw ukoll lil PAMA Shopping Village, Mosta, għall-isponsorizzazzjoni ta’ dan it-tournament. Il-preżentazzjonijiet ingħataw minn is-Sur Ian Micallef, rappreżentant ta’ PAMA. Ritratti11Filmati0