Iċ-Champion tad-Dinja tas-Snooker għal erba’ darbiet, John Higgins, iżur għal ewwel darba n-Naxxar u Palazzo Vittoria. Saret konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala Marija Bambina, Palazzo Vittoria, in-Naxxar, bi tħejjija għal-logħba storika ta’ esibizzjoni bejn Tony Drago u John Higgins. Din l-okkażjoni ġiet organizzata bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-100 sena tas-snooker fin-Naxxar. Matul il-konferenza ġew ippreżentati aktar dettalji dwar dan l-avveniment speċjali, li kompla jqajjem interess u entużjażmu kbir fost id-dilettanti tas-snooker. Ritratti186Filmati0