Nhar il-Ħadd, 5 ta’ April, il-Banda Peace, b’pjaċir u unur kbir kif tagħmel kull sena, akkumpanjat l-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt fit-toroq tan-Naxxar. Matul il-purċissjoni, il-banda esegwiet għadd ta’ marċi brijużi, klassiċi kif ukoll valzi, li żiedu mal-atmosfera ferriħija ta’ din il-festa. Il-purċissjoni bdiet fl-10:00am bil-ħruġ tal-istatwa tal-Irxoxt, bis-sehem tal-banda. Is-Soċjetà Mużikali Peace bi pjaċir kbir tawgura u tilqa’ fostha tliet mużiċisti żgħażagħ li kienu qed jattendu l-iskola tal-mużika tagħna. Waqt is-servizz mużikali solenni tal-Għid il-Kbir, ingħaqdu għall-ewwel darba mal-banda: Luigi Vella – Alto Saxophone Engelbert Zammit – Percussion (Drums) Emma Friggieri – Clarinet Aktar informazzjoni fuq Nawguraw lill-Bandisti Ġodda tal-Banda Peace Ritratti384Filmati0