Gallery›2026›Attivitajiet Sportivi›Finali Eċċitanti għall-Ewwel Diviżjoni tas-Soċjetà - 16 ta' Settembru
Nhar l-Erbgħa 16 ta' Settembru, ntlagħbet il-Finali tal-Ewwel Diviżjoni tal-kompetizzjoni li kienet ilha għaddejja matul dawn l-aħħar xhur ġewwa s-Soċjetà Mużikali Peace. Il-finali kkonkludiet b’mod sabiħ din il-kompetizzjoni, li ġabret flimkien lill-parteċipanti f’atmosfera ta’ kompetizzjoni, impenn u divertiment. Fi tmiem il-finali, sar l-għoti tat-trofej lill-parteċipanti mill-President tas-Soċjetà, Marlon Brincat. Is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi l-apprezzament tagħha lejn il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni u tfaħħar l-impenn u l-parteċipazzjoni tagħhom matul dawn l-aħħar xhur. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lis-Sur Pierre Sciberras ta’ PS Advisory għall-appoġġ tiegħu u għall-isponsorizzazzjoni tat-trofej tal-kompetizzjoni. Prosit lill-parteċipanti kollha u grazzi lil dawk kollha li kkontribwew biex din il-kompetizzjoni tkun suċċess. Ritratti10Filmati0