Nhar il-Ħamis 24 ta' Settembru 2026, is-Soċjetà Mużikali Peace kellha l-pjaċir tilqa’ fis-swali tagħha, ġewwa Palazzo Vittoria, delegazzjoni internazzjonali magħmula minn rappreżentanti minn għaxar pajjiżi Ewropej, fosthom il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, bħala parti mill-proġett Ewropew EUGYSET.
Matul iż-żjara, il-membri tad-delegazzjoni kellhom l-opportunità jsiru jafu aktar dwar is-Soċjetà Mużikali Peace, l-istorja tagħha u l-wirt artistiku u mużikali rikk li akkumula matul is-snin.
Il-viżitaturi esprimew l-apprezzament tagħhom għall-akkoljenza li ngħataw, kif ukoll għall-patrimonju li tippossjedi s-Soċjetà, li għandha storja ta’ aktar minn 164 sena fil-qalba tan-Naxxar.
Iż-żjara serviet ukoll bħala opportunità biex jitkompla l-iskambju kulturali u l-qsim ta’ esperjenzi bejn il-komunità Naxxarija u realtajiet oħra Ewropej.
Is-Soċjetà Mużikali Peace tirringrazzja lill-membri tad-delegazzjoni għall-preżenza tagħhom u lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar għall-inizjattiva u l-kollaborazzjoni.