Nhar it-19 ta’ Ottubru, waqt seduta tal-Kumitat, il-President Marlon Brincat ħatar lil Mikhail Grima Agius bħala Rappreżentant tal-Kummissjoni Banda fi ħdan il-Kumitat, filwaqt li Stephanie Grima Agius u Jake Cauchi nħatru membri tal-istess Kummissjoni.
It-tlieta diġà taw kontribut siewi lis-Soċjetà Mużikali Peace, partikolarment fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-Banda, u permezz ta’ dawn il-ħatriet se jkunu qed ikomplu jsaħħu u jikkonsolidaw il-ħidma tagħhom f’dan il-qasam.
Is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi l-apprezzament tagħha lejn Mikhail, Stephanie u Jake għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li tawgur alhom kull suċċess f’dawn ir-responsabbiltajiet ġodda.
Awguri mill-qalb u prosit għall-ħidma tagħkom!