Il-Palazzo Vittoria f’Naxxar se jkun qed jospita The Grand Christmas Dinner nhar is-Sibt, 12 ta’ Diċembru 2026, fis-Sala Marija Bambina.

Din is-serata se toffri opportunità sabiħa biex wieħed jiċċelebra l-istaġun tal-Milied f’atmosfera festiva u eleganti, filwaqt li jgawdi ikla speċjali f’kumpanija tajba.

Aktar informazzjoni dwar din l-attività se titħabbar fil-jiem li ġejjin. Żommu d-data vojta fid-djarju tagħkom u segwu l-aġġornamenti tagħna għal aktar dettalji.