Gallery Album:
VIA CRUCIS World Premiere - 12 ta' Marzu
Albums > 2016 > Il-Banda Peace > VIA CRUCIS World Premiere - 12 ta' Marzu
Nhar is-Sibt 12 ta' Marzu, l-Banda Peace ttellgħat l-WORLD PREMIERE ta' kompożizzjoni ġdida tal-VIA CRUCIS miktuba għal Banda Peace minn Karl Fiorini. Dan ix-xogħol uniku fid-dinja indaqq għal ewwel darba fil-Knisja Arċi-Matriċi u Arċipretali tan-Naxxar fis-7:30pm.
Dan ix-xoghol impenjattiv ferm iderigiħ Mro.Lino Pirotta, surmast li żgur m'għandux bżonn t'ebda ntroduzzjoni għal ħila kbira tiegħu kif ukoll għas-suċċessi li kiseb personalment, kif ukoll mal-Banda Peace. Jakkumpanjaw il-Banda Peace kien hemm is-Sopran Nicola Said, it-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Joseph Lia u l-'Coro Bel Canto' taħt id-direzzjoni ta' Mro. Hermann Farrugia Frantz.
Ħajr lill-Edward Azzopardi għar ritratti