Hekk kif intemmu b'suċċess il-Programm Mużikali u l-Pop Entertainment Concert ta' Lejliet il-Festa, il-Pjazza Naxxarijja tfawret bl-entużjażmu mal-bidu tax-show pirotekniku impressjonanti, imtella' bl-akbar reqqa mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar.
Inroddu grazzi minn qalbna lid-dilettanti u l-voluntiera kollha tal-għajnuna, id-dedikazzjoni u l-ħidma prezzjuża tagħhom biex offrew spektaklu sabiħ.