Gallery Album:
Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968 - Ittellgħat għal ewwel darba fit-2 ta' Ottubru fil-Festa tar-Rużarju
Albums > 2016 > Proġetti fil-Każin > Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968 - Ittellgħat għal ewwel darba fit-2 ta' Ottubru fil-Festa tar-Rużarju
Fit-2 ta' Ottubru fil-Festa tal-Madonna tar-Rużarju, s-Soċjeta' tagħna ttellgħat għal l-ewwel darba wara r-restawr bandiera bin-Nome di Maria li nħadmet fis-sena 1968. Din il bandiera tan-Nome di Maria, hija propjeta tal-każin tagħna fejn saret fl-1968 u inħadmet ġewwa l-Malta Drydogs flimkien mal-Bandiera l-antika tal-arma tal-każin li titla fuq l-arblu prinċipali fil-5 ta'Settembru. Il-bandiera kienet swiet Lm25. Din hija bandiera tas-suf ta' kwalita' tajba ħafna. Il-ħsara li kkawżat lil din l-bandiera saret fil-biċċa l-kbira taz-zkuk tal-ġilji li jinsabu jżejnu l-arma tal-Madonna. Dawn qegħdin fil-proċess li jinnbidlu kompletament ma drapp ġdid għax tgħerrew biż-żmien u l-elementi.
Il-proġett tar-restawr ta' din il-bandiera sseħħ sabiex il-bandiera tiġi salvagwardjata u tibqa titgawda fuq l-arbli li s-Soċjeta' tagħna tipposjedi fuq l-bejt tal-każin.
Ħajr lill-Edward Azzopardi u Matthew Pullicino tar-ritratti