Nhar it-Ġimgħa 6 ta' Settembru, numru sabiħ ta' voluntiera nngħaqdu flimkien sabiex jarmaw il-planċier maestuż u uniku fin-Naxxar ġewwa l-Pjazza. Il-planċier baqa' jintrama matul il-lejl sabiex is-Sibt 7 ta' Settembru, n-nies setaw jammirraw il-planċier li din is-sena għalaq il-65 sena anniversarju.
Fir-ritratt jidru ftit mill-ħafna voluntiera li għinu sabiex jintrama l-uniku planċier f'Beltna n-Naxxar li din is-sena qegħdin infakkru -il 65 sena anniversarju. Grazzi mill-qalb.