Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar, 2021 fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, saret l-inawgurazzjoni ta’ erba’ proġetti importanti, li ġew ko-finanzjati mill-gvern jew entitajiet oħra.
Dawn huma:
L-installazzjoni ta’ lift (mill-VOPS Fund – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja)
L-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi (mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma) Rinnovazzjoni tas-Sala tal-Banda (mill-Kunsill Malti għall-Arti – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali)
Proġett ta’ Saħħa u Sigurtà fil-Każin (mill-Aġenzija Żgħażagħ – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja).
Għal din l-attività attendew il-Ministri u Segretarji Parlamentari responsabbli, kif ukoll deputati tad-Distrett miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Filmat - One News
Filmat - Ħajr lill-Hon. Clifton Grima
Filmat: Live Streaming tas-serata