Gallery Album: FESTA: L-Ikla Kbira fil-PJAZZA - 25 ta' Awwissu

Nhar is-Sibt 25 ta' Awwissu, s-Soċjeta' Mużikali Peace bħal kull sena ttellgħat attivita' kbira fil-Pjazza quddiem il-każin. Din is-sena s-Soċjeta' organizzat Ikla Kbira fil-Pjazza mit-8:00pm il-quddiem fejn kien hemm bosta appetizers, pasta, majjal, tiġieġ u laħam u deżerta. Bħala mistiedna speċjali kelna lir-RENATO, MARY ROSE MALLIA, MARTHESE COPPINI u SHAKIRA BONAVIA. Waqt l-attivita' kelna sorpriża ħelwa għal Renato u għall pubbliku preżenti, hekk kif f'nofs is-serata, Mary Rose Mallia ħarġet mill-gallarija prinċipali ta' PALAZZO VITTORIA u l-pubbliku u Renato b'sorpriża kbira laqaw lill-Mary Rose b'ċapċipa kbira. 

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tirrangrazja lill-helpers kollha ta' din is-serata eċċezjonali kif ukoll lill-dawk kollha li għoġobom jattendu għal din l-attivita' mill-isbaħ fejn kienet SUĊĊESS għaliex apparti kelna pjazza ppakjata nies, smajna ħafna kummenti ta' tifħir mill-pubbliku preżenti. GRAZZI.

Hawn taħt ser issibu lista ta' filmati li nġibdu waqt l-attivita' LIVE u ritratti u filmati oħra ta' din l-attivita' mill-isbaħ.

 

Facebook Live Updates

Ritratti


Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti u lill-Kevin Agius tal-filmati LIVE