Purċissjoni ta' Kristu Rxoxt - 31 ta' Marzu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 31 ta’ Marzu 2024

Nhar il-Ħadd 31 ta' Marzu, il-Banda Peace bi pjaċir u unur kbir bħal kull sena ser terġa takkumpanja lill-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt mat-toroq Naxxarin. Il-banda Peace ser idoqq bosta marċi brijjużi, klassiċi kif ukoll valzi matul il-purċissjoni sħiħa. Din is-sena l-Kumitat tal-Kolleġġjata Marija Bambina tan-Naxxar ħabbar li l-purċissjoni bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt ser issir filgħaxija minnflokk filgħodu. Filgħaxija fil-5:00pm ser ikun hemm Quddiesa Kantata bl-omelija u wara, bis-sehem tal-Banda Peace, tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt.

Il-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd b'mod speċjali lis-soċji, ħbieb u lin-Naxxarin kollha!

Marċ Brijuż. Agrigento- Mro.Andrew Coleiro

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 29 ta’ Marzu 2024