Il-Banda Peace tagħti s-sehem tagħha matul il-purċissjoni ta' Kristru Rxoxt

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 16 ta' April 2017

Nhar il-Ħadd 16 ta' April hija l-festa tant mistennija ta' Kristu Rxoxt fejn nfakkru l-qawmien mill-imwiet ta' Sidna Ġesu' Kristu. Il-Banda Peace bħal kull sena ser tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha matul il-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt b'daqq ta' marċi klassiċi u brijjużi mat-toroq Naxxarin. Huwa ta' unur għal banda tagħna li ta' kull sena tagħti s-sehem tagħha f'din il-festa tant għażiża għal kulħadd. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda takkumpanja lill-istatwa mill-isbaħ ta' Kristu Rxoxt li żżanżnet għal l-ewwel darba fis-sena 2015. Din l-opra  ġiet skolpita fl-injam u ġiet maħduma mill-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi. Fir-ritatt tidher il-Banda Peace ddoqq mal-istatwa ta' Kristu Rxoxt fl-2015 fejn għal l-ewwel darba saret il-purċissjoni filgħaxija sabiex ninnawguraw l-istatwa l-ġdida.

 

Fl-isfond jinstemma l-Marċ Brijjuż Agriċento minn Mro.Andrew Coleiro wieħed mill-marċi li l-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq matul il-Purċissjoni.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 13 ta' April 2017


Aħbarijiet Riċenti


Kalendarju tax-Xahar

  • Awissu 2017
    TneTliErbĦamĠimSibĦad
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    28293031123
    45678910

Mill-Arkivji

Ħajr lil