Kunċert mill-Bandisti u Alljievi tal-Banda Peace - Nhar is-Sibt 21 ta' Ottubru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2017

Nhar is-Sibt 21 ta' Ottubru, ser isir Kunċert imtellgħa mill-Bandisti u l-Alljievi tal-Banda Peace taħt id-direzzjoni ta' Mro. Emmanuel Giordimaina. Il-Banda ser tesegwixxi bosta siltiet fosthom siltiet mużikali meħudin minn fuq films u TV series popolari ħafna - soundtracks. Għalhekk nixtiequ nistiednu lil dawk kollha li għandom għal qalbhom il-mużika b'mod speċjali s-soundtracks sabiex nhar is-Sibt 21 ta' Ottubru jinngħaqdu magħna fis-Sala Marija Bambina mis-7:30pm il-quddiem. Id-dħul huwa bla ħlas.

 

Filmat: Silta Mużikali meħuda minn fuq il-film popolari "The Mission" bl-isem "Gabriel's Oboe" tal-kompożitur Ennio Morricone

Din hija waħda mill-ħafna siltiet mużikali li l-Banda Peace ser tesegwixxi f'dan il-Kunċert.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru 2017