Marċ minn quddiem il-Każin fl-10:30am - Nhar il-Ħadd, 22 ta' Ottubru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2017

Nhar il-Ħadd, 22 ta' Ottubru fl-aħħar ġurnata u attivita' uffiċjali tal-Festi Ċentinarji, ser jiġi mtellgħa Marċ mill-Banda Peace li jibda minn quddiem Palazzo Vittoria fl-10:30am. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq bosta marċi brijjużi u klassiċi sabiex nagħlqu l-Festi Ċentinarji. Wara din l-attivita', ser issir attivita' soċjali għal kulħadd tal-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet f'OTTO CLUBHOUSE. Kulħadd mistieden sabiex jattendi u d-dħul huwa bla ħlas.

Filmat: Id-Diska 'Soċjeta' Peace'.

 

#roadtofesta2018

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 12 ta’ Ottubru 2017