FESTA: Festa Soċjali - Quddiesa għaż-Żgħażagħ - 2 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 2 ta' Settembru 2018

Nhar il-Ħadd, 2 ta' Settembru propju fl-Ewwel Ħadd ta' Settembru fil-11:00am ser issir il-QUDDIESA għaż-żgħażagħ tal-Każini tal-Banda u Naxxarin. Ser iqaddes Dun Albert Buhagiar. Is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tistieden liż-żgħażagħ u partitarji tas-Soċjeta' sabiex jattendu bi ħġarhom fil-flokk/gear tal-każin. 

Fil-11:30am ġewwa ċ-Ċentru Ċiviku tan-Naxxar ser jingħataw donazzjonijiet mill-għaqdiet kollha tan-Naxxar lill-President ta' Malta b'risq il-MCCF. Din l-attivita' hija organizzata mill-Kunsill Lokali.

 

Filmat: L-Unika Innu Marċ miktub u ddedikat lil-Bambina Sultana tal-Paċi

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 24 ta' Awissu 2018