Fit-13 ta’ Ottubru 1962, proprju 64 sena ilu, is-Soċjetà Mużikali Peace għamlet pass storiku fil-ħajja tagħha, meta xtrat il-każin permezz tal-Atti tan-Nutar Francis Micallef. Dan seħħ fis-sena ċentinarja mit-twaqqif tas-Soċjetà, u minn dak il-jum ’il quddiem, Palazzo Vittoria sar proprjetà sħiħa tas-Soċjetà, fil-qalba tal-Pjazza Naxxarija. Din il-kisba storika kienet frott il-viżjoni, il-kuraġġ u l-għaqal ta’ dawk li ġew qabilna, li għarfu l-importanza li jinvestu fil-futur tas-Soċjetà u jiżguraw li jkollha dar tagħha. Deċiżjoni li, sal-lum, tibqa’ xhieda tal-impenn u l-previżjoni tagħhom.