Nhar il-Ħadd, 7 ta’ Settembru 2025, f’lejliet il-Festa Titulari ta’ Marija Bambina, fil-Knisja Kolleġjata tan-Naxxar saret it-Tranzlazzjoni Solenni tar-Relikwija. F’din iċ-ċeremonja liturġika u devozzjonali, il-kleru u l-poplu Naxxari ngħaqdu f’talba waħda flimkien mal-kant tradizzjonali tal-Għasra, fejn ir-Relikwija tressqet b’solennità lejn l-Altar Majjistru. Wara ċ-ċeremonja fil-Knisja, il-festi tkomplew fit-toroq tan-Naxxar permezz ta’ proċessjoni żgħira li ġibdet lejha bosta devoti u parroċċani.