Is-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, tesprimi s-sogħba tagħha għat-telfa ta’ Christopher Magro, magħruf minn kulħadd bħala "Ċappin", u twassal il-kondoljanzi sinċieri lill-familjari, qraba u ħbieb tiegħu.
Christopher kien figura magħrufa u maħbuba fil-komunità Naxxarija. Bl-imħabba kbira tiegħu lejn ir-raħal u d-devozzjoni sinċiera lejn Marija Bambina, ħalla warajh eżempju ta’ x’jiġifieri tkun patrijott veru ta’ Naxxar. Il-ħidma u l-impenn tiegħu se jibqgħu mnaqqxa fil-memorja ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh.
Nitolbu lil Marija Bambina, li tant kien iħobb u jqim, tilqgħu taħt il-protezzjoni tagħha u tinterċedi għalih quddiem Binha.
Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 4 ta’ Awwissu 2026