Investiment Kontinwu f'Palazzo Vittoria: Sistema Ġdida kontra l-Ħariq u Bandalori Ġodda għall-Festa
Is-Soċjetà tagħna għadha kif lestiet żewġ proġetti kbar u bżonnjużi li jkomplu jgħollu l-livell u jsaħħu s-sigurtà kif ukoll il-wirt armar tal-każin tagħna.
Sigurtà l-Ewwel: Installazzjoni ta' Fire Alarm System
Matul din is-sena, is-Soċjetà investiet f'sistema ta' Fire Alarm moderna mal-binja kollha ta' Palazzo Vittoria fin-Naxxar. Dan l-investiment sar biex nassiguraw li l-proprjetà u l-membri tagħna jkunu protetti bl-aqwa sistemi ta' sigurtà f'kull ħin.
Tkomplija tas-Sett t'Għaxar Bandalori tal-Festa
Fl-istess ħin, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-armar tal-festa permezz ta' erba' bandalori ġodda. B'dawn l-erba' l-ġodda, issa tlesta s-sett komplessiv ta' għaxar bandalori li jżewwqu u jintramaw fi Vjal il-Labour matul il-Festa tradizzjonali u għażiża ta' Marija Bambina.
Dan il-proġett artistiku u kulturali tant sabiħ setgħet isir grazzi għall-għajnuna finanzjarja mill-Iskema għall-Wirt Artistiku, amministrata mill-Arts Council Malta.
Grazzi kbira tmur lil dawk kollha involuti li b'xi mod jew ieħor qed jgħinu biex is-Soċjetà tagħna tibqa' miexja 'l quddiem b'dinamiżmu u sigurtà!
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju 2026