Data tal-Attivita: It-Tnejn, 11 ta’ April 2022
Nhar it-Tnejn 11 ta' April, is-Soċjeta' Mużikali Peace ser tkun qiegħda tiċċelebra l-Festa ta' Marija Addolorata. Ċelebrazzjoni dedikata għat-Tfal u l-Adolexxenti sabiex jittrawmu fit-tradizzjonijiet sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ser niltaqgħu quddiem il-Kappella ta' San Ġwann il-Battista, Triq Santa Luċija, Naxxar. Fis-6:00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa ta' Marija Addolorata mit-Tfal u Addoloxxenti bis-sehem tal-Banda Peace.
It-Tfal u l-Adolexxenti kollha huma mistednin jieħdu sehem u dawk li jixtiequ jipparteċipaw f'din il-Purċissjoni jistgħu jinkitbu fuq bażi ta' first come first serve.
Applikazzjoni f'Otto Clubhouse kuljum mis-7:00pm 'l quddiem jew ċemplu fuq 79960520 (Anthony Deguara).
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 6 ta’ April 2022