Ikla Laħam taż-Żiemel - 17 ta' Mejju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 17 ta’ Mejju 2025

“Laħam taż-Żiemel” – Ikla Tradizzjonali b’Risq il-Festa f’Naxxar

Il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina – Naxxar A.D. 2012 qed jistiednuk għal serata memorabbli  – ikla tradizzjonali b’risq il-festa titulari ta' Ommna Marija Bambina.

🗓 Meta? Is-Sibt, 17 ta’ Mejju 2025
Ħin: fit-8:00 ta’ filgħaxija
📍 Fejn? Sala Marija Bambina, Naxxar

Il-Menu jinkludi:

  • Timpana bħala starter tradizzjonali

  • Għażla bejn:

    • Laħam taż-Żiemel (għall-veri dilettanti tal-kċina lokali)

    • Chicken Breast (għażla alternattiva għal dawk li jippreferu)

  • Deżerta biex tagħlaq il-lejla fuq nota ħelwa

🎟 Kif tibbukkja?
Il-bookings jistgħu jsiru direttament mill-OTTO Clubhouse tal-Għaqda tan-Nar jew permezz tal-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

 

Narawkom!

Miriana Conte - SERVING | Malta 🇲🇹 | Official Music Video

Minn qalbna nixtiequ kull suċċess lill-kantanta Miriana Conte u lill-kontinġent Malti fil-Eurovision Song Contest fl-Iżvizzera! Forza Malta!

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 13 ta’ Mejju 2025