Gallery Album: Purċissjoni ta' Kristu Rxoxt - 20 t'April

Nhar il-Ħadd 20 t' April, il-Banda Peace bi pjaċir u unur kbir bħal kull sena akkumpanjat lill-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt mat-toroq Naxxarin. Il-banda Peace daqqet bosta marċi brijjużi, klassiċi kif ukoll valzi matul il-purċissjoni sħiħa. Din is-sena l-Kumitat tal-Kolleġġjata Marija Bambina tan-Naxxar ħabbar li l-purċissjoni bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt ser terġa tibda ssir filgħodu minnflokk filgħaxija. Fl-10:00am bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt bis-sehem tal-Banda Peace.

Ritratti [ 352 ]

Ħajr lill-Josmar Muscat tar-ritratti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.