Data tal-Attivita: Is-Sibt, 27 ta’ Diċembru 2025
Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser jorganizzaw Festin tal-Milied għat-tfal kollha, li se jsir nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru fid-6:00pm, ġewwa Palazzo Vittorja.
Matul il-festin ser ikun hemm programm mimli attivitajiet maħsuba apposta biex idaħħlu l-ispirtu tal-Milied fost il-familji kollha, fosthom:
-
Tiżjin tas-siġra tal-Milied flimkien mat-tfal
-
Logħob divertenti u kompetizzjonijiet b’rigali x’jintrebħu
-
Ikel u xorb adattat għat-tfal
-
Dehra speċjali ta’ Santa Klaws, li se jilqa’ lit-tfal kollha
-
Rigal b’xejn lil kull tifel u tifla li tattendi
Il-prezz tad-dħul huwa ta’ €10 għal kull tifel u tifla.
Booking u Informazzjoni
Riservi jistgħu jsiru fuq:
📞 +356 79 00 9694
Inħeġġu lill-familji jibbukkjaw minn qabel sabiex jiżguraw posthom għal din il-lejla ta’ ferħ, tagħlim u tradizzjoni.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru 2025