Nhar il-Ħadd 2 ta' Novembru, il-President u s-Segretarju tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, poġġew kuruna tal-fjuri fiċ-Ċimiterju tan-Naxxar b’tifkira u rikonoxximent lejn is-Soċji, Bandisti u Benefatturi li ħallew din id-dinja qabilna.
Din il-ġest sinifikanti tfakkar fil-kontribut u l-imħabba lejn is-Soċjetà ta’ dawk li b’dedikazzjoni ħallew il-marka tagħhom fil-komunità mużikali tagħna.
Agħtihom O' Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem.
                        
                        
                            L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 4 ta’ Novembru 2025