Il-proġett tal-intrata kompla jittejjeb u jissebbaħ permezz ta’ diversi xogħlijiet ta’ kwalità għolja:
-
🪟 Antiporta ġdida tal-kewba b’ħġieġ imullat,
-
🚪 Bieb tal-kewba b’pannew kbir tal-ħġieġ fuq quddiem tal-uffiċċju tas-segretarjat,
-
⚒️ Restawr ta’ kanċell antik tal-ħadid maħdum bis-sengħa, li ġie adattat fuq panew tal-kewba u mwaħħal fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-entratura tal-uffiċċju.
Dan il-kanċell mhux biss ser jibqa’ jitgawda għal ħafna snin oħra, iżda se jservi wkoll biex itejjeb iċ-ċirkolazzjoni tal-arja ġewwa l-bini.
Ringrazzjament speċjali lill-kumpanija St. Anthony Woodworks għall-ħidma eċċellenti tagħhom
Grazzi wkoll lil kull min qed joffri l-għajnuna tiegħu sabiex dan il-proġett ikompli jiġi ffinanzjat u jitlesta b’suċċess.