Gallery Album: Bingo Buzz b'risq il-Pink October - 24 ta' Ottubru

Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat il-Bingo Buzz ġewwa OTTO Clubhouse b’risq Pink October. Kienet serata mimlija enerġija, mużika u divertiment fejn il-parteċipanti gawdew edizzjoni speċjali ta’ tombla b’tema mużikali u bosta premijiet x’jintrebħu.

Il-ġbir tad-donazzjonijiet ta’ €15 (li inkludew tliet rounds ta’ logħob u xarbiet b’xejn) mar b’mod sħiħ għall-inizjattiva ta’ Pink October, sabiex flimkien nkomplu ngħinu f’dan il-kawża importanti.

Ritratti [ 4 ]

Ħajr lill-Peace Band Club tar-ritratti