Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2026
Il-banda Peace, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta, se tippreżenta kunċert għal żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu fis-7:30pm.
Il-kunċert se jsir fis-Sala Marija Bambina ġewwa Palazzo Vittoria.
Wara l-kunċert se ssir ukoll l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-wirja “Il-Passjoni tad-Divin”, li se tkun esebita fil-kappella tal-każin.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu 2026