Gallery Album: 𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗔𝘁 𝗧𝗵𝗲 𝗠𝗼𝘃𝗶𝗲𝘀 Ⅱ - Backstage - 22 ta' Novembru

Il-kunċert annwali “A Night at the MoviesⅡ” tal-Banda Peace tan-Naxxar, li sar fit-22 ta’ Novembru fit-Teatru ta’ San Alwiġi f’Birkirkara - serata mużikali memorabbli li laqqgħet flimkien mużika, żfin u emozzjoni. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Lino Pirotta, il-banda ppreżentat programm ispirat minn soundtracks u mużika ikonika mill-films l-aktar maħbuba, u offriet spettaklu ta’ livell għoli mimli nostalġija u dinamika artistika.

Din is-serata kienet ippreżentata minn Claire Agius u arrikkita b’koreografiji oriġinali mill-Aline Dance Academy ta’ Alana Bondin, li żiedu dimensjoni viżiva u artistika qawwija. Il-kantanta Amber Bondin impressjonat lill-udjenza b’interpretazzjonijiet mill-aqwa ta’ suċċessi magħrufa. Dan il-kunċert ikkonferma għal darb’oħra s-suċċess ta’ din it-tema u l-kwalità artistika li l-Banda Peace tkompli toffri lill-pubbliku tagħha.

Ritratti [ 36 ]

Ħajr lill- Sebio Aquilina - Audio Visuals tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify