Data tal-Attivita: Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017
Nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju, l-Banda Peace ser tkun qiegħda mistiedna ddoqq ġewwa Burmarrad fl-lejliet il-Festa tal-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija. Il-Banda Peace ser tibda ddoqq fit-8:00pm b'daqq ta' Marċi Brijjużi u fl-aħħar tagħlaq Lejliet il-Festa bi Program Mużikali minn fuq iz-zuntier.
Nixtiequ nieħdu l-opportunita' sabiex nawguraw lin-nies ta' Burmarrad, il-Festa t-Tajba!
Inħeġġu lis-soċji u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex jakkumpanjaw il-Banda.
Marċ: Marċ Brijjuż tas-Surmast Andrew Coleiro bl-isem 'L-AGRIGENTO'.
Dan huwa wieħed mill-marċi brijjużi li llejla l-banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq ġewwa Burmarrad
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017