F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet ta' din is-Soċjeta' nixtiequ nieħdu l-opportunita' sabiex l-ewwelnett nirringrazjaw minn qalbna lil Dr. Maria Deguara tax-xogħol siewi li għamlet matul dawn l-aħħar snin. Dr.Maria Deguara kienet ikkontestat għal ewwel darba fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2000 fejn minn dakinhar Dr.Deguara reġgħet ġiet eletta fis-snin 2003, 2006 u 2009. Minnhawnhekk nixtiequ nerġaw nirringrazjawk tal-ġid kollhu li għamilt fir-raħal għażiż tagħna u għal kontribut li dejjem tgħajt b'qalbek kollha lis-Soċjeta' tagħna.
Nixtiequ nifirħu lis-Sindku l-ġdid, is-sinjura AnnMarie Muscat Fenech Adami li għal dawn l-aħħar snin, is-sinjura Muscat Fenech Adami kienet qiegħda tieħu ħsieb l-ġonna, t-tiswijiet fit-toroq, "waste management", "public toilets", u affarijiet relatati ma permessi tal-MEPA. Filwaqt li l-Viċi Sindku, Clinton Sammut li kien rresponsabli mill-"environment" in ġenerali, bajjiet u fuq attivitajiet taż-żgħażagħ u sports. Minnhawnhekk nixtiequ nerġaw nifirħu lil dawn iż-żewg kunsilliera għal karigi ġodda tagħhom u lil Dr.Maria Deguara li ġiet eletta fil-Parlament Malti.
Proset u Awguri mis-Socjeta' Muzikali Peace!
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju 2017