Mill-llum kulħadd jista jakkwista kopja tal-kalendarju għas-sena 2026 mill-Każin. Dan il-kalendarju jinkludi kollezzjoni sabiħa ta’ ritratti li juru diversi avvenimenti organizzati mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, matul is-sena kollha, b’enfasi speċjali fuq il-Festa tant għażiża ta’ Marija Bambina.
Dan il-proġett ma setax jitwettaq mingħajr il-kontribut ta’ diversi kollaboraturi u sponsors li emmnu f’din l-inizjattiva u appoġġjawha sabiex dan il-kalendarju seta’ jasal għand il-pubbliku. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lejn il-fotografi li ħadmu fuq ir-ritratti, kif ukoll lis-Sur Andrè Muscat għall-għajnuna tiegħu.
Is-Soċjetà Mużikali Peace tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħha lil kull min ta sehmu u tgħaddi l-isbaħ xewqat lil kulħadd għas-sena l-ġdida li ġejja.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2025