Nsellmu l-memorja ta' Patri Dun Victor Xuereb S.J.

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum, 26 ta’ Awwissu, thabbret il-mewt ta’ Patri Dun Victor Xuereb S.J. fl-ghomor ta’ 87 sena (t. 1930). Dahal Gizwita f’Dar Loyola tan-Naxxar fl-1949 u ordnat sacerdot f’Boston, fl-Amerika, fl-1964. Ghamel il-Professjoni Solenni fl-Ordni tal-Gizwiti fl-1967. Kien specjalizzat u ghalliem fil-lingwi klassici, filosofija, teologija u l-Iskrittura. Kien Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju Magguri, tal-Virtù u membru tal-Akkademja tal-Malti. Kittieb ta’ ghadd sabih ta’ kotba u artikli, u ttraduca hafna ohrajn mill-Grieg u l-Latin ghall-Malti. Mghoti l-unur “Gieh in-Naxxar” mill-Kunsill Lokali fit-13 ta’ Dicembru, 2009.

Il-President u l-Kumitat tas-Socjetà Muzikali Peace tan-Naxxar jaghtu l-kondoljanzi lill-familja Xuereb.

Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta’ Dejjem, id-Dawl ta’ Dejjem jiddi fuqu, Ammen

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 27 ta' Awissu 2017