Majjalata – Serata ta’ Ikel u Divertiment f’Naxxar - 25 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru 2026

L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, A.D. 2012 qed torganizza serata ta’ ikel, divertiment u atmosfera ta’ ħbiberija bil-Majjalata, li se ssir nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru 2026, fl-Oratorju tan-Naxxar.

Il-programm jibda fis-7:00pm b’Tombla, filwaqt li fit-8:00pm tibda l-Majjalata.

Għall-okkażjoni ġie ppreparat menu varjat li jinkludi platt Malti bħala appetizer, timpana bħala starter, majjal jew nofs tiġieġa bħala main course, flimkien ma’ couscous, patata u żewġ tipi ta’ zalzett, u bħala deżerta gateaux.

Il-prezz għall-parteċipazzjoni f’din is-serata huwa ta’ €25 għal kull persuna.

Il-bookings jistgħu jsiru minn OTTO Clubhouse jew mingħand il-membri tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina.

Serata ideali biex wieħed igawdi ikel tajjeb, kumpanija sabiħa u atmosfera mill-isbaħ fil-qalba tan-Naxxar.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 14 ta’ Settembru 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify